Maltese
Doutta Galla Community Health Service (DGCHS) (Is-Servizz tas-Saħħa Komunitarja ta’ Doutta Galla) għandu total ta’ 11-il post mal-Bliet ta’ Melbourne u Moonee Valley. Erba’ minn dawn il-postijiet huma postijiet kbar fejn jingħataw servizzi li jipprovdu varjetà ta’ servizzi tas-saħħa primarja u tas-saħħa mentali fil-komunità. Dawn jinkludu promozzjoni tas-saħħa, kura dentali, kura medika, servizzi assoċjati mas-saħħa, nersing, pariri, casework, bżonnijiet ta’ saħħa mentali u saħħa kumplessa, servizzi residenzjali komunitarji, programm ta’ voluntieri u programmi ta’ immaniġġar ta’ każi għal nies li jgħixu b’kundizzjonijiet ta’ saħħa kronika.
Il-biċċa l-kbira tas-servizzi tagħna jkunu miftuħa mid-9am sal-5 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Aħna nużaw interpreti kkwalifikati tas-saħħa biex jgħinuk bis-servizzi tagħna.
Jekk ikollok bżonn għajnuna bi problema tas-saħħa kkuntattjana bit-telefon direttament billi ċċempel f’wieħed mill-postijiet tagħna jew premezz tat- Translating and Interpreting Service (Servizz ta’ Traduzzjoni u Interpretar) billi ċċempel 131450.
Moonee Ponds 93777100
Kensington 83781600
Niddrie 83783500
Bżonnijiet ta’ Saħħa Mentali u Kumplessi 83271700
Waqt il-ħin tax-xogħol DGCHS jipprovdi kura Dentali ta’ emerġenza – jekk jogħġbok ċempel il-post tagħna f’Niddrie 83783566 jew f’Kensington 83781670.
Għal kura Dentali wara l-ħin tax-xogħol ċempel id-Dental Hospital fuq 93411040.
NURSE-ON-CALL hija linja tas-saħħa bit-telefon, li tipprovdi lin-nies f’Victoria b’informazzjoni u pariri tas-saħħa immedjati u ta’ esperti 24 siegħa kull jum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Ċempel 1300 60 60 24
Jekk ikollok bżonn kura medika ta’ emerġenza għandek tikkuntattja lit-tabib fil-lokal tiegħek, l-eqreb sptar jew is-servizz ta’ emerġenza billi ċċempel 000.
|